40 Sena Saċerdot

Il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech. OFM illum jagħlaq 40 sena saċerdot. Huwa ġie ordnat Saċerdot fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna tal-Loretu ġewwa Għajnsielem Għawdex.

Matul dawn l-40 sena bħala saċerdot huwa qedha lil Provinċja f’ħafna irwoli fosthom bħal kappillan tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Sliema, bursar tal-provinċja u ħafna oħrajn, speċjalment f’dawn l-aħħar ħames snin bħala Ministru Provinċjali.

Il-provinċja Franġiskana tirringrazzjaħ ta’ dan iż-żmien kollu ta’ servizz, tawguralu ħafna iżjed snin ta’ ħidma kemm fil-provinċja, kif ukoll mal-poplu ta’ Alla. F’din il-ġurnata speċjali nitolbu għaliħ u nawgurawlu Ad multos annos.

3 Replies to “40 Sena Saċerdot”

  1. Awguri Provincjal. Il-Mulej jbierkek u jaghtik is-sahha mehtiega ghal dak li jixtieq minnek minn gurnata ghall-ohra.

  2. Congratulations Father Richard, we are all so proud and happy for you and wish you God’s blessings to continue in the Lord’s work. Hope to see you next year when both Rita and I come to visit Malta after 30 years.
    Raymond and Rita Grima
    Adelaide

Comments are closed.

Top