Bidu tal-Postulandat

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Settembru – Tifkira ta’ San Ġilormu, Saċerdot u Duttur tal-Knisja, waqt iċ-Ċelebrazzjoni tat-Talba tal-Għasar sar ir-Rit tad-Dħul ghall-Postolandat ta’ Andre Bonaci mill-Parroċċa tal-Ibraġġ.

Iċ-Ċelebrazzjoni tmexxiet mill-Ministru Provinċjal P. Twanny Chircop OFM fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù r-Rabat fil-Fraternità ta’ Formazzjoni.

Wara l-vaganzi tas-Sajf il-postulanti Christopher Bilocca u Darren Abela reġgħu rritornaw biex ikomplu t-tieni sena ta’ formazzjoni inizjali tagħhom.

Top