Il-Kurċifiss Mirakoluż: Simpożju

L-Art Conservation Consortium (ACC) flimkien mal-Arċikonfraternita’ tas-Ssmu Kurċifiss u l-Fraternita’ Franġiskana tal-Belt Valletta se jorganizzaw Simpożju bħala parti mill-proġett ta’ konservazzjoni fuq il-Kurċifiss Mirakoluż,  fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ (ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Marzu 2019,  fis-7.00 pm.

Fost il-kelliema se jkun hemm Prof. Giuseppe Fazio li huwa speċjalizzat fuq l-opri ta’ arti ta’ Frate Umile u Frate Innocenzo.

Xogħol ta’ konservazzjoni li beda xhur ilu u ttamat li jintemm fil-bidu ta’ Mejju 2019.

Top