Il-Parroċċa tas-Sacro Cuor f’tas-Sliema tħejji ukoll biex tiftaħ

Il-Parroċċa tagħna f’tas-Sliema hija t-tieni Knisja Franġiskana li ngħatat l-approvazzjoni wara li l-awtoritajiet tal-Knisja raw li għandha l-kobor neċessarju biex tkun tista tiftaħ għal funerali.

Filfatt bħalissa għaddej xogħol biex tkun tista’ tiftaħ kemm jista’ jkun malajr. Dan jinkludi dak kollu li huwa neċessarju u jiġu attwati l-miżuri kollha li nħarġu mid-direttivi tal-Awtoritajiet Ċivili/Saħħa u tal-Knisja biex tintħares is-saħħa ta’ dawk li jkunu preżenti.

Fil-Provinċja tagħna hija l-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’tas-Sliema u dik ta’ San Franġsik il-Ħamrun li ġew approvati biex ikun jista jsiru funerali fihom.

Top