Is-Sit tagħna b’dehra ġdida

Is-Sit tal-Provinċja Franġiskana issa għandu dehra ġdida u aktar friska. Is-sit il-ġdid juża teknoloġija ġdida biex ikun iżjed jaqbel maż-żminijiet li qed ngħixu fejn kulħadd qed jaċċessa s-siti tal-internet minn diversi apparat.

Mhux biss dan, imma ħadna ħsieb li jkun utli għall-Franġiskani permezz tal-Proprju Franġiskan online, kif ukoll utli għall-patrijiet tal-Provinċja fejn se jkollhom id-direttorju tal-Provinċja aġġornat. Ħadna ħsieb ukoll biex ikun hemm sezzjoni għall-Patrijiet biss, fejn affarijiet interni tal-Provinċja jistgħu issa jkunu aċċessibli minn kullimkien.

Għalkemm biex naslu biex nagħmlu dan kellna nibdew sit kompletament ġdid, imma s-sit l-antik se jibqa’ aċċessibli biex wieħed ikun jista’ jagħmel ir-riċerka.

Dan is-sit huwa ‘works in progress’ u l-aġġornamenti jibqgħu ikunu kontinwi. Jekk taħseb li nistgħu nirranġaw xi ħaġa jew nistgħu nikkoreġu xi ħaġa jekk jogħġbok ikkuntatjana permezz tal-email.

Top