L-Assistent Ġenerali tal-GiFra jiltaqgħa mal-GiFra tal-Ħamrun

Nhar it-Tlieta 11 ta’ Ġunju P. Pedro Zitha, OFM Assistent Ġenerali tal-OFS (Ordni Franġiskan Sekular) u tal-GiFra (Gi.oventu Fra.ncescana – Żgħażagħ Franġiskani) iltaqgħa mal-grupp taż-żgħażagħ fil-Ħamrun.

Fil-laqgħa li kellu huwa kellem liż-żgħażagħ u għamlilhom ħafna kuraġġ. Huwa qal li l-fatt li huma bħala żgħażagħ ikunu looking forward biex jiltaqgħu nhar ta’ Tnejn dan ifisser li huma jaraw is-sabiħ li jkunu flimkien, jieħdu ħsieb xulxin u għalhekk li nħolqot familja.

Huwa kompla billi qal li l-ferħ li għandhom iż-żgħażagħ issa jrid ikun trasmess lin-nies li jiltaqgħu magħhom, speċjalment meta bħala żgħażagħ janimaw il-quddiesa tal-Ħadd. Huwa ħeġġiġhom biex jkomplu joħolmu u jirsistu biex dan il-ħolma jsir realtà, anke permezz ta’ P. Joseph l-Assistent Spiritwali.

Huwa għamlilhom kuraġġ u sfidhom biex jkomplu jħajru żgħażagħ oħra biex jkollhom l-istess opportunità li għandhom huma llum. Meta huwa saqsa x’jaraw sabiħ f’dan il-grupp, huma ħarġu l-elementi li swaru lil membri u lil grupp. Imma huma ukoll wieġbu li l-grupp jgħin biex wara ġurnata skola jsibu ħin għalihom, huwa stress reliever, jgħinu lil xulxin u wkoll jtihom l-opportunità li jgħinu lil min hu fil-bżonn, bħal fil-kas tal-Festival – Talent Show li l-flus miġbura marru biex għenu lil ALS u attivitajiet oħra.

P. Pedro kompla billi tenna dak li Papa Franġisku qal fis-sinodu taż-żgħażagħ li: “In-nies kollha għandhom il-ħolm, imma ż-żgħażagħ għandhom viżjoni”, u l-viżjonarji jgħixu l-preżent imma jiffukaw fuq dak li jridu jkunu. Issa hemm bżonn biex huma bħala żgħażagħ u bħala grupp ikunu iżjed produttivi, attivi u ffukati billi jistaqsu: “X’nistgħu nagħmlu iktar?”.

Din il-laqgħa nistgħu ngħidu li kienet posittiva ħafna u l-fatt li P. Pedro sab ħin biex jiltaqgħa mal-grupp GiFra kien ta’ kuragg għaż-żgħażagħ u kien apprezzat ħafna.

Il-Grupp GiFra (Ħamrun) jiltaqgħa kull nhar ta’ Tnejn fis-7pm, fiċ-Ċentru San Franġisk. Huwa grupp miftuh għall-adolexxenti u żgħażagħ minn 11 sa 20 sena. Għal aktar informazzjoni tista’ tiġi personalment jew tibgħat eMail fuq gifrahamrun@ofm.org.mt
Top