P. Ġużepp Camilleri OFM – RIP

P. Ġużepp Camilleri tard il-bieraħ filgħaxija 11 ta’ Settembru għadda għal ħajja ta’ dejjem fid-Dar tal-Kleru B’ Kara. Id-dettalji tal-funeral huam dawn:

Il-Funeral se jsir għada it-Tnejn 13 ta’ Settembru 2021. P. Ġużepp ikun espost fil-Kunvent tagħna tar- Rabat bejn is-7.30am u 8.45am. Wara jibda Korteo mill-Kunvent għall-Knisja fejn issir il-Quddiesa fid- 9.00am.

PATRI ĠUŻEPP CAMILLERI, mir-Rabat. Twieled fit-23 ta’ April 1940. Libes it-tonka Franġiskana fit-13 ta’ Ottubru 1957. Fl-14 ta’ Ottubru 1958 għamel il-Professjoni Temporanja u fil-15 ta’ Ottubru 1961 għamel il-Professjoni Solenni. Ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Marzu 1967. Qeda l-ministeru saċerdotali tiegħu għal bosta snin fil-knisja tar-Rabat bħala sagristan maġġur u konfessur. Għal xi żmien kien sagristan fil-kunvent tal-Ħamrun u Gwardjan fil-kunvent ta’ Għawdex. F’April 2015 irtira fl-infermerija provinċjali “Domus Pacis Franciscan Retirement Friary” f’Baħar iċ-Ċagħaq, u fl-2020 ġie trasferit għad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, fejn miet. Età 81 sena, reliġjuż 62 sena, saċerdot 54 sena.

One Reply to “P. Ġużepp Camilleri OFM – RIP”

Comments are closed.

Top