Żewġ aħwa tal-Provinċja maħturin viżitaturi ġenerali

Il-Ministru Ġeneral P. Massimo Fusarelli ħatar lil P. Marcello Ghirlando bħala Viżitatur Ġenerali tal-Kustodja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fil-Filippini, u lil P. Noel Muscat bħala Viżitatur Ġenerali tal-Provinċja ta’ San Tumas Appostlu fl-Indja. Dawn iż-żewġ entitajiet tal-Ordni se jiċċelebraw il-Kapitli tagħhom fis-sena 2022 u għaldaqstant dawn l-aħwa jagħmlu l-Viżta kanonika ftit xhur qabel.

Sadanittant huma se jieħdu sehem fil-kors ta’ aġġornament li l-Ordni jorganizza għall-Viżitaturi Ġenerali ġodda fil-Kurja Ġenerali f’Ruma bejn it-18 u t-22 ta’ Novembru li ġej.

Top