Żjara Franġiskana Parroċċa Sant’Anna Wied il-Għajn

Iż-Żjara bdiet nhar il-Ħadd 31 ta’ Marzu b’quddiesa mmexxija mill-Kappillan Dun Rodrick Camilleri fejn wara l-omelija ta l-Mandat lill-Patrijiet, Sorijiet u Lajċi Franġiskani biex iwasslu l-ferħ ta’ Kristu ma’ kull min jiltaqgħu u dawk li lesti jiftħulha l-bibien ta’ djarhom. Kienet esperjenza sabiħa ħafna li żgur se tħalli frott kemm f’dawk li pparteċipaw u iktar fil-Komunita’ Parrokjali ta’ Wied il-Għajn. Ipparteċipaw fiha 16-il Patri, 7 Sorijiet u 12 il-membru tal-OFS. Fra Lorrie u P. Clive kienu residenti fil-Parroċċa għall-ġimgħa sħiħa fejn il-Kappillan ħalla dar tal-Museum disponibbli għall-missjunarji matul iż-żjara.

Waqt din iż-żjara dħalna fil-ħajja tal-Parroċċa fejn morna għal laqgħat kollha li saru matul din il-ġimgħa. Saru żjajjar fil-familji fit-toroq indikati mill-parroċċa u Lectio għal 6 familji, laqgħat tal-adoloxxenti u żgħażagħ, perparazzjoni għall-magħmudija, ġenituri tal-katekiżmu, ġenituri tal-adoloxxenti li ser jirċievu is-sagrament tal-Griżma, żjara lit-tfal tal-iskola Primarja, tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina, kors ta’ Eżerċizzi, Via Sagra, Adorazzjoni u Qrar. Iċċelebrajna il-quddies ta’ filgħodu bit-tifħir ta’ sbieħ il-jum u filgħaxija bit-talba tal-Għasar. Il-Kappillan flimkien mal-Viċi Fr. Luke u l-kleru, helpers u parruċċani apprezzaw ħafna l-ħidma tagħna u dan ħassejnieh b’mod partikolari mill-mod ta’ kif sellmulna waqt l-aħħar quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM. Fejn il-Provinċja ħalliet rikordju ta’ din iż-żjara Salib ta’ San Damjan. Il-Provinċjal tenna li din il-Quddiesa ma kinitx it-tmiem iżda l-bidu tal-kontinwazzjoni li inżerat permezz ta’ din il-ġimgħa taż-Zjara Franġiskana fil-Parroċċa ta’ Sant’Anna ta’ Wied il-Għajn.

Top