{"id":1896,"date":"2020-12-25T12:08:54","date_gmt":"2020-12-25T11:08:54","guid":{"rendered":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/?p=1896"},"modified":"2020-12-25T12:08:58","modified_gmt":"2020-12-25T11:08:58","slug":"il-milied-it-tajjeb","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/il-milied-it-tajjeb\/","title":{"rendered":"Il-Milied it-tajjeb"},"content":{"rendered":"<p><em>Ifir\u0127u dejjem fil-Mulej, ner\u0121a\u2019 ng\u0127idilkom, ifir\u0127u. Il-\u0127lewwa tag\u0127kom, \u0127a jkunu jafu biha l-bnedmin kollha. Il-Mulej qorob. T\u0127abbtu raskom b\u2019xejn. Fit-talb kollu tag\u0127kom itolbu u uru lil Alla xi jkollkom b\u017conn, u i\u017c\u017cuh \u0127ajr. U s-sliem ta\u2019 Alla, sliem li jg\u0127addi kull ma l-mo\u0127\u0127 jista\u2019 jifhem, i\u017commilkom qalbkom u mo\u0127\u0127kom s\u0127a\u0127 fi Kristu \u0120es\u00f9 (Fil 4,4-7).<\/em><\/p>\n<p>\u0126uti g\u0127e\u017cie\u017c,<\/p>\n<p>Dawn il-kelmiet mill-Ittra lill-Filippin, li l-Knisja tag\u0127\u017cilhom b\u0127ala tema g\u0127al-litur\u0121ija tat-3 \u0126add tal-Avvent, g\u0127andhom ikunu ta\u2019 kura\u0121\u0121 u tama g\u0127alina lkoll f\u2019dan i\u017c-\u017cmien sabi\u0127 li fih inhejju ru\u0127na g\u0127all-Milied. L-ewwel insara kienu konvinti li l-Mulej \u0120es\u00f9 kien dalwaqt se jer\u0121a\u2019 ji\u0121i fil-glorja tieg\u0127u, u kienu j\u0127arsu lejn is-sinjali ta\u017c-\u017cminijiet fid-dawl tal-fidi.<\/p>\n<p>F\u2019dinja li tilfet kull sens ta\u2019 fidi fil-\u0127arsa kollha stag\u0127\u0121ib quddiem il-misteru ta\u2019 Alla li jsir Tarbija, a\u0127na b\u0127ala insara u b\u0127ala Fran\u0121iskani, g\u0127andna nibqg\u0127u nishru u nitolbu, mimlijin fer\u0127 u tama, g\u0127ax nafu li dak li ji\u0121ri madwarna hu sinjal tal-pre\u017cenza ta\u2019 Kristu fl-istorja tag\u0127na.<\/p>\n<p>Din is-sena l-Milied se ng\u0127ixuh xi ftit differenti mis-soltu. G\u0127al bosta minna se jkun Milied li fih se jkollna ni\u010b\u010ba\u0127\u0127du minn okka\u017cjonijiet so\u010bjali u familjari li tant huma g\u0127e\u017cie\u017c g\u0127alina f\u2019dan i\u017c-\u017cmien. Il-pandemija g\u0127adha mag\u0127na u tnissel fina xi ftit tal-bi\u017ca\u2019, imma dan ma jfissirx li ma g\u0127andniex nifir\u0127u fil-Mulej u nistennewh bit-tama u bil-fidi. Anzi, forsi proprju min\u0127abba din is-sitwazzjoni li qed ng\u0127ixu, se jkollna aktar \u0127in biex nieqfu u nikkontemplaw il-presepju b\u2019g\u0127ajnejn ta\u2019 fidi. \u0126in biex ninteb\u0127u bis-sens veru tas-solitudni li tant bnedmin isofru, fosthom persuni li nafu, anzjani, morda, persuni li jit\u0127abtu wa\u0127edhom mal-problemi tal-\u0127ajja. Issa hu \u017c-\u017cmien li nikkontemplaw il-presepju li fih hemm post g\u0127al dawn il-persuni. Jalla jkollna l-g\u0127ajnejn safja ta\u2019 m\u0127abba kontemplattiva li kellha Marija quddiem it-Tarbija li \u0121iebet fid-dinja. Jalla jkollna l-fidi siekta u ubbidjenti ta\u2019 \u0120u\u017ceppi, li jibqa\u2019 jittama u jemmen minkejja li kien diffi\u010bli g\u0127alih jifhem il-misteru ta\u2019 dik it-Tarbija li laqag\u0127ha Patris Corde, b\u2019qalb ta\u2019 missier.<\/p>\n<p>L-awguri tieg\u0127i lilkom u lill-g\u0127e\u017cie\u017c tag\u0127kom f\u2019dan il-Milied hu li jkollna dan il-fer\u0127 u din it-tama. Insellem b\u2019mod spe\u010bjali lill-a\u0127wa anzjani u morda tag\u0127na, lil dawk kollha li j\u0127ossuhom wa\u0127edhom g\u0127al elf ra\u0121uni, u lil dawk li g\u0127addejjin minn xi tbatija. Ejjew nifir\u0127u fil-Mulej. Hu ma j\u0127alliniex wa\u0127edna. \u0120ej biex isalvana minna nfusna, mid-dinja mag\u0127luqa li xi kultant ng\u0127ixu fiha, biex jift\u0127ilna orizzonti sbie\u0127 ta\u2019 tama fis-sens \u0121enwin tal-\u0127ajja li g\u0127a\u017cilna li ng\u0127ixu minn rajna fuq l-e\u017cempju ta\u2019 San Fran\u0121isk Missierna.<\/p>\n<p>Jalla l-barka tal-Prin\u010bep tal-Pa\u010bi li twieled f\u2019Betle\u0127em tal-Lhudija timla lilkom ilkoll bit-tama u l-fer\u0127 fil-jum tal-mi\u0121ja tieg\u0127u.<\/p>\n<p>P. Twanny Chircop OFM<br \/>\nMinistru Provin\u010bjal<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ifir\u0127u dejjem fil-Mulej, ner\u0121a\u2019 ng\u0127idilkom, ifir\u0127u. Il-\u0127lewwa tag\u0127kom, \u0127a jkunu jafu biha l-bnedmin kollha. Il-Mulej qorob. T\u0127abbtu raskom b\u2019xejn. Fit-talb kollu tag\u0127kom itolbu u uru&hellip; <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1897,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"jetpack_post_was_ever_published":false,"_jetpack_newsletter_access":"","_jetpack_dont_email_post_to_subs":false,"_jetpack_newsletter_tier_id":0,"_jetpack_memberships_contains_paywalled_content":false,"_jetpack_memberships_contains_paid_content":false,"footnotes":"","jetpack_publicize_message":"","jetpack_publicize_feature_enabled":true,"jetpack_social_post_already_shared":true,"jetpack_social_options":{"image_generator_settings":{"template":"highway","default_image_id":0,"font":"","enabled":false},"version":2},"_links_to":"","_links_to_target":""},"categories":[1],"tags":[],"class_list":["post-1896","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"jetpack_publicize_connections":[],"jetpack_featured_media_url":"https:\/\/i0.wp.com\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/magi-witnessing-baby-christ.jpg?fit=1000%2C558&ssl=1","jetpack_sharing_enabled":true,"jetpack_shortlink":"https:\/\/wp.me\/paH0LY-uA","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1896","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=1896"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1896\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":1898,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1896\/revisions\/1898"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1897"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=1896"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=1896"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=1896"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}