{"id":414,"date":"2018-12-21T08:53:55","date_gmt":"2018-12-21T08:53:55","guid":{"rendered":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/?p=414"},"modified":"2019-01-21T08:58:24","modified_gmt":"2019-01-21T08:58:24","slug":"cirkulari-milied-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/cirkulari-milied-2018\/","title":{"rendered":"\u010airkulari Milied 2018"},"content":{"rendered":"\n<p>Wasal i\u017c-\u017cmien biex g\u0127al darb\u2019o\u0127ra bil-g\u0127ajnuna t\u2019Alla ni\u010b\u010belebraw dak li g\u0127alina l-Insara huwa l-akbar avveniment fl-istorja tal-umanita\u2019 kif ukoll tal-\u0127olqien kollu, li jmur \u2018l hemm minn dak kollu li nifhmu bih meta quddiem g\u0127ajnejna ti\u0121i biss id-dinja li ng\u0127ixu fiha jew dak l-univers,  wie\u0127ed minn \u0127afna, li l-istess dinja tag\u0127na tifforma parti minnu. Il-mument li fih \u0120esu\u2019, Iben il-Wa\u0127dieni tal-Missier, sar bniedem b\u0127alna, sar bniedem g\u0127alina, sar wie\u0127ed minna. Dak li \u201cg\u0127ad li kellu n-natura t\u2019Alla, ma qag\u0127adx ifittex tieg\u0127u li hu daqs Alla, i\u017cda xejjen lilu nnifsu billi \u0127a n-natura ta\u2019 lsir, u sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra b\u0127ala bniedem; \u010bekken lilu nnifsu\u2026\u201d (Fil.2, 6-8) Mill-kelma griega \u03ba\u03ad\u03bd\u03c9\u03c3\u03b9\u03c2, (kenosis) g\u0127al \u1f10\u03ba\u03ad\u03bd\u03c9\u03c3\u03b5\u03bd (ekenosen) \u2013 permezz tal-Inkarnazzjoni tieg\u0127u \u0120esu\u2019 tbattal minnu nnifsu biex jimtelg\u0127a kollu kemm Hu bir-rieda tal-Missier.<\/p>\n\n\n\n<!--more-->\n\n\n\n<p>Permezz tal-Inkarnazzjoni tieg\u0127u \u0120esu\u2019 mhux biss ried jurina xi tfisser l-Im\u0127abba ta\u2019 Alla g\u0127alina, kemm hija kbira din l-Im\u0127abba, sa fejn twassal. \u0120esu\u2019 ried ukoll bl-e\u017cempju tieg\u0127u jurina li ma hemm ebda\u2019 triq o\u0127ra g\u0127alina l-bnedmin li tista\u2019 twassal g\u0127all-Fer\u0127 veru, g\u0127all-Pa\u010bi vera \u2013 dak il-Fer\u0127 u dik il-Pa\u010bi im\u0127abbrin mill-an\u0121li fil-lejl qaddis tal-Milied, g\u0127ajr li wie\u0127ed jitbattal minnu nnifsu kontinwament sabiex f\u2019mo\u0127\u0127u, f\u2019qalbu, f\u2019\u0127ajtu ma jkunx hemm \u0127lief biss wisg\u0127a g\u0127al Alla u g\u0127ar-rieda Tieg\u0127u. Dan biss iwassal g\u0127all-Fer\u0127 veru u dejjiemi, g\u0127all-Pa\u010bi vera u dejjiema. B\u2019hekk biss a\u0127na l-persuni kkonsagrati nistg\u0127u nkunu strumenti f\u2019idejn Alla, ambaxxaturi Tieg\u0127u, li nwasslu dan il-Fer\u0127 u din il-Pa\u010bi li l-bnedmin ta\u2019 llum, is-so\u010bjeta\u2019 li ng\u0127ixu fiha u niffurmaw parti minnha, l-istess holqien kollu tant jixtiequ, tant jistennew. \u201cA\u0127na nafu li l-\u0127olqien kollu g\u0127adu s\u2019issa jitniehed bl-u\u0121ig\u0127 tal-\u0127las\u201d (Rum. 8, 22). Fil-Milied je\u0127tie\u0121 li mhux biss ni\u010b\u010belebraw it-twelid ta\u2019 \u0120esu\u2019, imma ni\u010b\u010belebraw ukoll it-twelid tag\u0127na lkoll g\u0127al \u0127ajja \u0121dida. Dan nag\u0127mluh jekk inkunu tassew \u201cbnedmin li jog\u0127\u0121bu lilu (ta\u2019 rieda tajba)\u201d (Lq. 2,15). B\u0127al Marija u \u0120u\u017ceppi a\u0127na wkoll g\u0127andna n\u0127allu \u2018l Alla jda\u0127\u0127alna fil-pjan Tieg\u0127u ta\u2019 salvazzjoni billi mhux daqstant bil-kliem imma bil-fatti ng\u0127idu l\u2019IVA tag\u0127na u ng\u0127mlu dak li jrid Hu, dejjem u f\u2019kollox. Dan huwa dak li fehem Fran\u0121isku, il-Fqajjar t\u2019Assisi! Dan hu dak li wettaq matul \u0127ajtu! Dan huwa dak li jitlob minna lkoll!<\/p>\n\n\n\n<p>Dan huwa dak li minn qalbi nixtieq u nawgura lilna ilkoll u lil kull wie\u0127ed minna. Dan huwa l-awgurju tieg\u0127i g\u0127all-familjari tag\u0127na u g\u0127all-benefatturi tag\u0127na. Li mhux biss in\u0127abbru bil-fomm Fer\u0127 u Pa\u010bi. Imma bil-\u0127ajja tag\u0127na, bl-e\u017cempju tag\u0127na, l-istess Bxara Tajba li nippriedkaw, in\u0127alluha tag\u0127mel minna stess Bxara Tajba g\u0127al xulxin u g\u0127all-o\u0127rajn. Il-Milied it-Tajjeb lil kul\u0127add!<\/p>\n\n\n\n<p>Illum it-8 ta\u2019 Di\u010bembru, 2018                         <br>\nFesta tal-Immakulata Kun\u010bizzjoni                                                                   <\/p>\n\n\n\n<p>P. Richard Stanley Grech ofm <br>\nMinistru Provin\u010bjal u Qaddej   <\/p>\n\n\n\n<p>P. Ramon Farrugia ofm<br>\nSegretarju Provin\u010bjali<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Wasal i\u017c-\u017cmien biex g\u0127al darb\u2019o\u0127ra bil-g\u0127ajnuna t\u2019Alla ni\u010b\u010belebraw dak li g\u0127alina l-Insara huwa l-akbar avveniment fl-istorja tal-umanita\u2019 kif ukoll tal-\u0127olqien kollu, li jmur \u2018l hemm&hellip; <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":415,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"jetpack_post_was_ever_published":false,"_jetpack_newsletter_access":"","_jetpack_dont_email_post_to_subs":false,"_jetpack_newsletter_tier_id":0,"_jetpack_memberships_contains_paywalled_content":false,"_jetpack_memberships_contains_paid_content":false,"footnotes":"","jetpack_publicize_message":"","jetpack_publicize_feature_enabled":true,"jetpack_social_post_already_shared":false,"jetpack_social_options":{"image_generator_settings":{"template":"highway","default_image_id":0,"font":"","enabled":false},"version":2},"_links_to":"","_links_to_target":""},"categories":[1],"tags":[],"class_list":["post-414","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"jetpack_publicize_connections":[],"jetpack_featured_media_url":"https:\/\/i0.wp.com\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-content\/uploads\/2019\/01\/F_CirkulariMilied18.jpg?fit=1890%2C1254&ssl=1","jetpack_sharing_enabled":true,"jetpack_shortlink":"https:\/\/wp.me\/paH0LY-6G","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/414","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=414"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/414\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":416,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/414\/revisions\/416"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/415"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=414"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=414"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/ofm.mt\/ofmmt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=414"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}