‘Mimicking Natural Ecosystems – Growing Food Sustainably’

Il-Provinċja Franġiskana qed torganizza kors ta’ erba’ sessjonijiet dwar kif wieħed jista’ jaħdem l-art u jkabbar ikel b’metodi sostenibbli, u fl-istess waqt itejjeb il-kwalità tal-ħajja li qed ngħixu. Il-kors jibda fil-5 t’Ottubru,  huwa offrut bla ħlas u jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

Dan huwa t-tieni kors tax-xorta tiegħu, u għandu l-għan li jgħin lill-parteċipanti jiskopru mill-ġdid u jiżviluppaw ir-rabta tagħna ma’ ‘Oħtna u Ommna l-Art’. Kulħadd jista’ jattendi, u min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 99467870, jew jibgħat email fuq ciantarmark@gmail.com.

Dan il-kors huwa frott il-kollaborazzjoni bejn il-Franġiskani Maltin, il-Fondazzjoni għas-Servizzi u l-Ħarsien Soċjali (FSWS), l-Università ta’ Malta u l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent.

Top