Open weekend f’Dar Frate Jacoba

Nhar id-9 u l-10 ta’ Novembru il-Fondazzjoni Youth Alive organizzat open weekend f’Dar Frate Jacoba. It-tema tal-weekend kienet ‘Ommna l-Art’. L-attivitajiet kienu varji u kienu jolqtu sezzjonijiet diffrenti ta’ nies. Kien hemm attivitajiet għat-tfal, bħal puppet show, scavenger hunt u qari ta’ stejjer b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Kellna wkoll taħditiet dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni, l-ambjent kif ukoll dwar it-trobbija tan-naħal u l-għasel. Tul dan il-weekend kellna varjetà ta’ stalls bi prodotti organiċi mill-għelieqi tagħna, kif ukoll stands tal-ikel u xorb, u palk b’mużika varjata. In-nies attendiet bi ħġarha u kien hemm min wera x-xewqa li jibqa’ jinvolvi ruħu fil-volontarjat tad-Dar.

Iż-żgħażagħ residenti kienu involuti tul dan il-weekend u saħansitra organizzaw u mexxew xi attivitajiet huma stess.Dan kien l-ewwel open weekend mindu d-Dar ħadet il-liċenzja ta’ istituzzjoni edukattiva. Kienu bosta dawk in-nies li attendew li wrew interess fl-innovazzjoni ta’ kif qed issir l-edukazzjoni fid-Dar.

Top