Waqt quddiesa ġewwa l-Knisja tagħna ta’ San Franġisk il-Ħamrun fost il-ħafna emozjonijiet, tliet żgħażagħ Fra Darren Abela, Fra Christopher Bilocca u Fra Andre Bonaci għamlu pass importanti fil-ħajja tagħhom fejn qalu l-Iva tagħhom biex jibdew il-ħajja Franġiskana.
Fi Knisja ippakjata bil-patrijiet, ġenituri, qraba u ħbieb ta’ dawn it-tliet Novizzi ġodda, il-Ministru Provinċjal P. Twanny Chircop, OFM mexxa ċ-ċelebrazzjoni fejn laqa’ lil dawn iż-żgħażagħ wara biex jingħataw il-tonka Franġiskana u jibdew in-novizjat.
Kien mument ta’ radd il-ħajr lil Alla li qed isejjaħ żgħażagħ u li dawn iż-żgħażagħ laqgħu s-sejħa tiegħu. Inkomplu nitolbu għalihom issa li se jħallu xtutna lejn il-benniena tal-Ordni ġewwa San Damjan f’Assisi fejn huma se jagħmlu s-sena tan-Novizjat tagħhom.
















