B. Carlo Acutis: Relikwarju ġdid

F’dawn il-ġranet wasal Malta r-relikwarju ġdid għar-relikwa għażiża tal-Beatu Carlo Acutis! Dan ir-relikwarju ġie maħdum ġewwa l-Italja fuq disinn li jirrapreżenta lill-beatu żagħżugħ mimli ħajja. Il-Beatu Carlo kellu rabta speċjali ma’ Assisi – il-Belt tal-Paċi. Il-qofol ta’ ħajtu hija marbuta ma’ Ġesù, irrapreżentata fis-Salib u l-fergħa taż-żebbuġ.

Ir-relikwa tal-Beatu tinsab fil-Kunvent tagħna tar-Rabat u li bħalissa qed iddur diversi knejjes, skejjel u entitajiet biex dan il-Beatu jkun magħruf u juri lil ħafna tfal u żgħażagħ is-sabiħ li timxi fuq il-passi tal-Mulej Ġesù.

Top