Ċelebrazzjoni tat-800 Sena tar-Regola mhux bullata

Fl-okkażżjoni tat-800 Sena tar-Regola mhux bullata, l-Provinċja organiżżat Seminar ġewwa s-Seminarju tal-Virtu, r-Rabat.

Bdejna b’mument ta’ talb ibbażat fuq ir-Regola mhux bullata animat mill-Postulanti. Wara, P. Noel Muscat ofm għamel konferenza fuq il-ġenesi u l-kontenuti tar-Regola mhux bullata.

Wara huwa ta’ preżentazzjoni tal-linji gwida li ħejja l-Ordni għas-snin 2021-2027, bl-isem ta’: “Let us begin again, brothers, to serve the Lord.”

Wara sar intervent konklużiv mill-Ministru Provinċjal P. Twanny Chircop, ofm.

Is-seminar spiċċa b’ikla fraterna.

Top