B’Digriet tal-Ministru Ġeneral P. Massimo Fusarelli, datat 24 ta’ Jannar, li bih P. Marcello Ghirlando, li kien il-Viżitatur Ġenerali u President tal-Kapitlu tal-Kustodja ta’ Sant’Antnin fil-Filippini issa ġie maħtur Delegat Ġenerali biex jipprepara lill-Kustodja biex tiġi mgħollija għall-grad ta’ Provinċja.
Hu se jkollu d-dmir li jivverifika l-proċess kollu biex jiġu approvati r-Normi Transitorji għall-kostituzzjoni tal-Provinċja, u li jippresjiedi l-elezzjonijiet kanoniċi tal-gvern tal-Provinċja. Kien hu stess li inkuraġġixxa lill-patrijiet tal-Kustodja biex jaslu għad-deċiżjoni matura li jitolbu li tiġi kostitwita l-Provinċja mill-Kurja Ġeneralizja.
Nifirħulu u nitolbu għalih.