Il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru l-patrijiet, l-ġenituri u l-qraba nġabru fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola għall-festa tal-Milied flimkien. Il-laqgħa bdiet b’quddiesa mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.
Wara l-quddiesa kulħadd inġabar fir-Restaurant ‘Da Francesco’ tal-istess Dar għal ikla flimkien. Din hija attivtà annwali fejn il-patrijiet u l-familjari jiltaqgħu biex jitolbu u jaqsmu l-awguri tal-Milied.