Aġġornata bid-dettalji tal-Funeral: P. Raymond Camilleri OFM

P. Raymond Camilleri nhar l-Erbgħa filgħaxija 22 ta’ Ġunju għadda għal ħajja ta’ dejjem ġewwa Ċipru.

PATRI RAYMOND CAMILLERI, mil-Ħamrun. Twieled fl-4 Lulju 1948. Libes it-tonka Franġiskana fit-22 Settembru 1963. Fis-27 Settembru 1964 għamel il-Professjoni Temporanja u fl-20 Lulju 1969 għamel il-Professjoni Solenni. Ġie ordnat saċerdot fit-18 Lulju 1971. Bejn 1990 – 1996 huwa qedgħa l-Ministeru tiegħu bħala Ministru Provinċjal.

• Il-Funeral ta’ ħuna P. Raymond Camilleri OFM se jsir nhar l-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2022 fit-8.30am fil-Knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun. Id-difna ssir fil-Kappella tagħna l-Franġiskani ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

6 Replies to “Aġġornata bid-dettalji tal-Funeral: P. Raymond Camilleri OFM”

  1. Grazzi Fr Raymond li bhala Provincjal kont ilqajt lil Fr Slavko u lil Maria Pavlovic f` Malta minn Medjugorje. Itlob ghalina

  2. Grazzi Fr Raymond li bhala Provincjal kont ilqajt lil Fr Slavko u lil Maria Pavlovic f` Malta minn Medjugorje. Itlob ghalina Sa kemm niltaqghu

  3. Kont prezenti meta hu flimkien ma’ ohrajn sar novizz. R.I.P.

  4. Konna ħbieb kbar il-Mużew u l-Licejo meta konna żgħar, meta hu kien għadu Michael. Imbagħad hu daħal patri w jien is-seminarju w spiccajt il-Brażil u rari ltqajna. Nimmissjah.

Comments are closed.

Top