Għeluq tal-ħidma fit-Tribunal

Fl-14 t’Ottubru it-Tribunal Ekkleżjastiku sellem lil P. Walter Vassallo OFM għall-ħidma li wettaq matul l-aħħar erbgħa snin bħala mħallef.

Fr Brendan Gatt, għan-nom ta’ kulħadd irringrazzja lil P. Walter għall-preżenza eżemplari u ġeneruża tiegħu u qal li kien “raġġ ta’ dawl Franġiskan”. P. Walter irringrajjza lill-istaff kollu li jagħmilha possibbli li jkun hemm klima serena f’post ta’ xogħol tant delikat.

P. Walter qed itemm il-ħidma tiegħu fit-Tribunal tal-Knisja għax ser imur jagħti s-servizz tiegħu ġewwa l-Università Antonianum, Ruma.

Top