Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru, ġewwa l-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Missierna San Franġisk. Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Twanny Chircop, OFM fil-preżenza ta’ bosta Patrijiet, Sorijiet, Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular (OFS), benefatturi, kif ukoll nies li jiffrekwentaw il-Knejjes tagħna.
Fil-bidu tal-quddiesa l-provinċjal qara messaġġ mill-Ministru Ġeneral P. Massimo Fusarelli, OFM fl-okkażżjoni tal-Festa. Waqt l-omelija tiegħu l-Ministru Provinċjal tkellem fuq San Franġisk fil-ħajja tallum u fakkar f’mumenti importanti li se niċċelebraw: Il-Kapitlu Provinċjali li se jkollna fostna l-Ministru Ġeneral, iċ-ċentinarju mir-Regola u l-ewwel presepju fi Ġreċċio.
Wara l-quddiesa kullħadd kien mistieden għal riċeviment quddiem il-Knisja.






















