Iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara għat-tfal

Nhar is-sibt 13 ta’ Awwissu ġewwa l-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara għat-tfal. Din il-Festa ġiet imtella’ mill-Animazzjoni Vokazzjonali Franġiskani.

Il-programm beda billi saret dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Klara quddiem il-Knisja u wara ġiet iċċelebrata quddiesa mill-Ministru Provinċjal P. Twanny Chircop, OFM, fejn wera s-sbuħija ta’ din il-qaddisa għaż-żminijiet tallum.

Wara t-tfal flimkien mal-ġenituri telgħu ċ-Ċentru San Franġisk fejn kellhom mument ta’ katekeżi u wara t-tfal kellhom l-okkażżjoni biex jgħumu, jilgħabu u jieklu xi ħaġa flimkien.

Nitolbu biex okkażżjonijet bħal dawn ikomplu jrawmu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna ħa jagħrfu s-sabiħ li timxi wara Ġesù fuq il-passi ta’ San Franġisk.

Top