Irtir bi preparazjoni għan-Novizjat.

Ġie fit-tmiemu l-irtir bi preparazzjoni għas-sena tan-novizjat. Għal dan l-irtir kienu preżenti l-Postulanti tagħna Darren, Christopher u Andre, mil-Provinċja ta’ Assisi, Portugal u anke mill-Honduras. L-irtir sar fil-kunvent ta’ Frata Todina, f’Perugia. Interessanti fl-istess kunvent għamel in-novizzjat il-qaddis Franġiskan martri fiċ-Ċina, l-Isqof Fra Antonino Fantosati OFM.

Huma jieħdu l-okkazzjoni biex jirringrazzjaw lil Mulej ta’ din l-esperjenza, Provinċjal P. Twanny Chircop u l-provinċja Maltija. Kif ukoll lil Provinċjal u l-provinċja ta’ Assisi.

Nitolbu għal dawn il-Postulanti li issa se jgħamlu pass importanti fil-ħajja tagħhom waqt li aħna mistednin inkunu magħhom għall-bidu tan-novizzjat. Nhar it-Tnejn 5 ta’ Settembru fis-6.00pm fi-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun.

Top