Laboratorju tal-Paċi Ħamsin 50 sena mit-twaqqif tiegħu.

Fl-okkażżjoni tal-ħamsin sena anniversarju tal-Laboratorju tal-Paċi, il-Ministru Provinċjal P. Twanny Chircop, OFM ġie mistieden biex iħawwel żewġ siġriet taż-żebbuġ u jiltaqgħa maż-żgħażagħ li jgħixu hemm. Dawn iż-żgħażagħ irrakkuntaw it-tbatija li għaddew minnha sakemm waslu fuq ix-xtut ta’ gżiritna.

Il-ħajja għalihom mhux faċli; kellhom iħallu l-familja tagħhom u jiġu jgħixu daqshekk bogħod minnhom, iżda jinsabu kuntenti ħafna li jgħixu fil-kumpless tal-Laboratorju tal-Paċi. Hawnhekk jistgħu jgħixu b’ċertu libertà u fejn sabu missier li jħobbhom.

Grazzi tmur lil P. Dijonisju Mintoff għal din l-inizjattiva minkejja l-età venerabli tiegħu ta’ 90 sena.

Top