Lura Malta wara l-Vista fil-Filippini

Fi tmiem il-missjoni tiegħu P. Marcello Ghirlando, OFM bħala Viżitatur Ġenerali fil-Kustodja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fil-Filippini, il-Patrijiet tal-Kustodja ħejjew clip ta’ ftit minuti li fihom ġabru r-ritratti ta’ P. Marcello flimkien mal-Fraternitajiet fid-diversi postijiet li jinsabu jaħdmu fihom.

P. Marcello kien wasal fil-Filippini fil-21 ta’ Marzu li għaddew u wasal lura il-15 ta’ Ġunju, wara li mexxa wkoll il-Kapitlu Kustodjali bħala President tal-Kapitlu.

Top