Żjara f’Sqallija
Bejn id-9 u t-13 ta’ Jannar li għaddew, il-Ministru Provinċjal, P. Twanny Chircop OFM u l-Vigarju Provinċjali, P. Marcello Ghirlando OFM għamlu żjara f’Sqallija fejn iltaqgħu mal-Provinżjal, P. Antonino Catalfamo OFM u l-Vigarju Provinċjali, P. Salvatore Ferro OFM.
L-Aħwa kellhom l-okkażjoni li jiddiskutu flimkien xi proġetti ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ Provinċji Franġiskani fil-futur qarib, fuq stedina tal-Ministru Ġeneral tal-Ordni, P. Massimo Fusarelli OFM. Dan bil-għan biex iż-żewġ Provinċji jsaħħu lil xulxin, speċjalment fil-kamp tal-Formazzjoni Permanenti u l-Evanġelizazzjoni.
P. Twanny u Marcello qagħdu fil-Kunvent ta’ Acilia, fejn hemm il-Kurja Provinċjali tal-Provinċja ta’ Sqallija u l-fdalijiet tal-Beatu Gabriele Allegra OFM. kKellhom l-okkażjoni li jżuru l-Fraternita’ tal-Evanġelizazzjoni li l-Patrijiet Sqallin għandhom f’Ispica.
Il-Ministru Provinċjal ta’ Sqallija u l-Vigarju tiegħu għandhom iżuru Malta fl-aħħar ta’ Marzu li ġej.
Bħala l-ewwel ġest konkret ta’ kollaborazzjoni P. Marcello ser imur Palermo, Sqallija jmexxi ġurnata ta’ tiġdid għall-Gwarjani tal-Kunventi Sqallin, nhar it-Tlieta 24 ta’ Jannar li ġej.