Aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Il-Ħadd 24 ta’ Frar, ġewwa l-Knisja tagħna ta’ San Franġsik il-Ħamrun, infetaħ l-aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Kienet ilha tinħass il-ħtieġa u saru ħafna talbiet minn diversi persuni biex il-Knisja tkun aċċessibbli. Wara kważi iktar minn sena xogħol din saret rejaltà.

Dak li qabel kien ir-refettorju issa peress li n-numru ta’ patrijiet naqas, dan ġie maqsum u saru kemm kamra għat-tfal biex il-Ħadd ikollhom il-liturġija tagħhom, kif ukoll tintuża parti minn dan l-aċċess. Kellha wkoll ttieħed parti żgħira mill-parkeġġ biex tkun tista issir l-entratura.

Top