Żjara Franġiskana f’Wied il-Għajn

Mil-31 ta’ Marzu sas-7 ta’ April ser tiġi organizzata ż-Żjara Franġiskana ġewwa l-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn. It-Tema għal din is-sena li hija meħuda mit-Testment ta’ San Franġisk hija: “Il-Mulej mexxiena f’nofskom”. Matul dawn il-jiem il-Patrijiet Franġiskani, flimkien ma’ diversi kongregazzjoni ta’ sorijiet Franġiskani u lajċi ser iduru diversi djar tal-Parroċċa u jitkellmu mal-familji.

Dan huwa mument ta’ grazzja għall-parroċċa u għal dawk li jieħdu sehem, kemm fl-attivitajiet li ser jiġu organizati fil-Knisja, kif ukoll għal dawk li se jkunu qed jilqgħuna fi djarhom.

Iż-żjara Franġiskana hija mument fejn aħna bħala Patrijiet, sorijiet u lajċi niltaqgħu magħkom għal diversi mumenti fosthom: mument ta’ Talb (Lectio Divina), mument ta’ rikonċiljazjoni (Qrar), laqgħat ma’ adoloxxenti, żgħażagħ u miżżewġin, mumenti fejn Patri Franġiskan jippriedka fil-knisja tal-parroċċa.

Nagħmlulkom stendina biex dawn il-mumenti tingħaqdu magħna u ngħixu din il ġimgħa ta’ grazzja flimkien.

One Reply to “Żjara Franġiskana f’Wied il-Għajn”

Comments are closed.

Top