
Pilgrimage/Tour to Egypt
26 January – 4 February 2026
Niżżel il-brochure minn hawn
Dati
- 26 January – 4 February 2026
Programm
L-Ewwel Jum
Titjira minn Malta għal Kajr, l-Eġittu via Istanbul – L-art tal-Fargħuni u l-Kopti. Wara Ii jitlestew il-formalitajiet tal-ajruport, nitilqu lejn il-Lukanda Sonesta Heliopolis.
It-Tieni Jum
Ser nibdew it-tour tagħna bi żjara lit-Tlett Piramidi kbar u ikoniċi ta’ Giża u lill-iSphinx. lkun hemm l-opportunità li min irid ikun jista’ jidħol ġewwa wieħed mill-piramidi jew igawdi rikba fuq ġemel (ħlas extra). Waqt it-tour nieklu f’ristorant lokali. Wara se nżuru l-Grand Egyptian Museum, Ii nfetaħ riċentament, fejn se naraw fost teżori oħrajn, l-artifatti famużi ta’ Tutankhamun. Immorru lura l-lukanda għall-ikla ta’ filgħaxija u ngħaddu l-lejl hemm.
It-Tielet Jum
Wara l-kolazzjon, ikollna l-opportunità li nesploraw il-Kajr Kopt. L-ewwel waqfa tagħna tkun il-Hanging Church, l-aktar knisja Kopta magħrufa fil-Kajr. Se nżuru wkoll Abu Serga, wieħed mill-eqdem postijiet ta’ qima Kristjana fl-Eġittu, u taħt din il-knisja, tinsab il-Kripta tal-Familja Mqaddsa, wieħed millpostijiet fejn għexu l-Familja Mqaddsa matul iż-żmien tagħhom fl-Eġittu. Wara, se nżuru l-Knisja ta’ San Ġorġ, fil-Monasteru tal-Patrijarkat Ortodoss Grieg, segwit mill-Mużew tal-Kopti, li fih l-eżempji l-aktar importanti tal-arti Kopta fid-dinja. Wara se nżuru s-Sinagoga ta’ Ben Ezra, fejn kienet instabet kollezzjoni ta’ manuskritti sagri u sekulari, il-Kairo Genizah (manuskritti bil-Lhudi, bil-Latin, bl-Aramajk, u bil-Ġudeo-Għarbi). Wara l-ikel f’ristorant lokali, nkomplu bi żjara lill-Mużew Nazzjonali taċĊiviltà Eġizzjana, fejn insiru nafu dwar l-istorja rikka tal-Eġittu permezz tal-artifatti straordinarji Ii hemm. lmbagħad inżuru l-Knisja ta’ Santa Marija – El Zeitoun. Niskopru s-sbuħija qaddisa tal-Knisja tal-Verġni Marija f’Zeitoun, fejn il-fidi u l-mirakli jiltaqgħu flimkien.
Ir-Raba’ Jum
Nitilqu mill-lukanda lejn l-ajruport tal-Kajr għal titjira ta’ siegħa lejn Luxor. Mal-wasla, ser immorru abbord il-vapur għal Cruise fuq ix-xmara Nil. Wara l-ikel fuq il-vapur, inżuru t-Tempju ta’ Karnak, kumpless enormi magħmul minn tlett tempji ddedikati lill-allat ta’ Thebes. Wara nżuru t-tempju mill-isbaħ ta’ Luxor, li fiż-żmien kien magħqud ma’ Karnak, permezz ta’ passaġġ bi statwi tal-isfinġijiet fuq il-ġnub. Ngħaddu l-lejl f’Luxor.
Il-Ħames Jum
lllum, ser naqsmu lejn ix-xatt tal-punent tax-xmara Nil biex inżuru l-Wied tar-Rejiet u l-Wied tal-Irġejjen, kif ukoll nidħlu nżuru wieħed mill-oqbra. Wara, se nesploraw it-Tempju Mortwarju impressjonanti tal-Fargħuni mara, Hatshepsut. Fi triqtna lura, nieqfu biex nammiraw il-Kolossi ta’ Memnon.
Is-Sitt Jum
Il-vapur ser jitlaq lejn Edfu, fejn ser inżuru t-Tempju ta’ Horus fuq karozzelli biż-żwiemel waqt li nesploraw il-kitbiet fuq il-ħajt dwar il-lingwa, il-mitoloġija u r-reliġjon. Waqt li nkomplu l-vjaġġ tagħna fuq ix-xmara Nil, wara nofs inhar ser nieqfu f’Kom Ombo, biex inżuru t-Tempju Ptolemajk, iddedikat lill-allat Sobek u Haroeris. Wara, il-vapur ser ikompli jsalpa lejn Aswan.
Is-Seba’ Jum
Filgħodu kmieni, ser nitilqu bil-coach lejn Abu Simbel biex inżuru t-tempji straordinarji tal-Fargħun Ramses II u l-għażiża martu Nefertiti. Wara l-ikel ser inżuru d-Diga l- Għolja (ta’ Aswan), l-Old Granite Quarries u l-Unfinished Obelisk u nkomplu l vjaġġ tagħna fuq dgħajsa għat-Tempju ta’ Philae fuq il-gżira Agilkia.
It-Tmien Jum
Wara l-kollazzjon, se mmorru fuq felucca, dgħajsa tal-qlugħ tradizzjonali eġizzjana, u nbaħħru madwar il-gżira pittoreska ta’ Kitchener. Wara nagħmlu titjira nterna Ii teħodna lura l-Kajr u fil-lukanda Sonesta Heliopolis.
Id-Disa’ Jum
Dan il-jum huwa kollu kemm hu d-dedikat għaż-żjara lill-Monasteru ta’ Sant’Anton il-Kbir, li jinsab fil-qalba tal-Muntanji tal-Baħar l-Aħmar, fid-Deżert tal-Lvant, fix-xlokk tal-Kajr. Huwa wieħed mill-monasteri l-aktar importanti fl-Eġittu, għax lagħab rwol ewlieni biex isawwar għad ta’ istituzzjonijiet Kopti u fit-tixrid tal-monakeżmu. Fi triqitna nieqfu għal ikel f’restorant tradizzjonali tal-lokal. Meta nerġgħu lura l-Kajr, se nżuru l-Monasteru ta’ San Xmun il-Konzatur – knisja sabiħa mħaffra fil-Muntanja Mokattam, magħrufa għall-atmosfera spiritwali qawwija tagħha u għall-arkitettura impressjonanti fl-għerien.
L-Għaxar Jum
Wara l-kollazzjon, nitilqu lejn l-ajruport tal-Kajr, biex intiru lura lejn Malta via Istanbul.
* Dettalji tal-ħinijiet jingħataw waqt il-laqgħa li ssir qabel it-tluq.
Il-Pellegrinaġġ *
Prezz: €2,970
Single Supplement: €680
Il-prezz jinkludi fih kollox:
- Il-pellegrinaġġ full-board
- Titjira interna
- L-insurance
- It-tips
- It-trasport, b’coach dejjem magħna
- VISA biex nidħlu l-Eġittu
- Patri Franġiskan Malti li jmexxi l-Pellegrinaġġ bħala animatur spiritwali.
* Termini u kundizzjonijiet japplikaw
Infurmana bl-interess tiegħek li tiġi għal wieħed mill-Pellegrinaġġi li joffri l-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa. Inweġbuk mill-aktar fis possibbli.
Kundizzjonijiet
1. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa jaċċetta li jagħmel reservation fuq sempliċi notifika permezz tat-telefon, email jew kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni oħra. Din ir-reservation issir booking meta jitħallas id-depożitu. Għall-Pellegrinaġġi għall-Art Imqaddsa d-depożitu huwa ta’ €500 (ħames mitt Ewro), għall-Pellegrinaġġi l-oħra, id-depożitu huwa ta’ €350 (Tliet mija u ħamsin Ewro).
2. Id-depożitu jrid jitħallas sa mhux aktar tard minn 6 ġimgħat qabel id-data tat-tluq. Fil-każ li jkun hemm domanda qawwija għall-postijiet, il-Kummissarjat jirriżerva d-dritt li jitlob il-ħlas tad-depożitu qabel is-6 ġimgħat. Il-bilanċ irid jitħallas sa mhux aktar tard minn 4 ġimgħat mid-data tat-tluq. Il-ħlasijiet jistgħu jsiru permezz ta’ ċekk personali, ċekk bankarju jew permezz ta’ trasferiment permezz tal-internet.
3. Il-prezzijiet f’dan il-brochure huma validi fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Fl-eventwalità li l-prezzijiet tal-fornituri tagħna jiżdiedu, il-Kummissarjat jirriżerva d-dritt li jgħaddi dawn iż-żidiet lill-pellegrini.
Iż-żidiet jistgħu ikunu minħabba:
- Ċaqliq fil-kambju
- Żieda fit-taxxi – kemm f’Malta jew barra minn Malta
- Fuel surcharge tal-ajruplani
4. Il-Kummissarjat iżomm id-dritt li jikkanċella l-Pellegrinaġġ f’każ li n-numru ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx. Dan isir sa ġimagħtejn qabel id-data tat-tluq. Kull ħlas li jkun sar jingħata lura.
5. Il-prezzijiet tal-Pellegrinaġġi huma maħduma fuq bażi ta’ tnejn minn nies f’kamra doppja. Ikun hemm numru limitat ta’ kmamar single, għal dawn irid jitħallas supplement kif indikat fil-programm tal-Pellegrinaġġ partikolari. Jekk ikollna talba għal tlieta f’kamra din tingħata mingħajr skont fil-prezz.
6. Pellegrini jistaqsu biex il-kmamar ikunu ħdejn xulxin. F’dan il-każ il-Kummissarjat jagħmel it-talba lill-maniġment tal-lukanda f’dan ir-rigward, iżda mhux dejjem ikun possibli li jsir dan. Din hi xi ħaġa li l-Kummissarjat m’għandu l-ebda kontrol fuqha.
7. Tfal taħt it-12-il sena jridu bilfors ikunu akkumpanjati minn żewġ adulti f’kamra biex iħallsu prezz ta’ tfal. Jekk it-tfal ikunu ma’ persuna adulta waħda biss, ikollhom iħallsu l-prezz tal-kbar.
8. Il-Kummissarjat mhux responsabbli għall-ebda danni ta’ trasport żejjed, ikel jew spejjeż tal-lukanda, f’każ ta’strajks jew kwalunkwe kawżi oħra, li l-Kummissarjat ma jkollux kontroll fuqhom.
9. F’każ li pellegrinaġġ jitwal aktar milli programmat, u dan minħabba raġunijiet diversi li l-Kummissarjat ma jkollux kontroll fuqhom, jew f’każ li l-ħinijiet jiġu mibdulin, l-ebda forma ta’ kumpens mhi applikabbli.
10. Jekk mhux indikat mod ieħor, l-akkomodazzjoni hi fuq bażi full board. Xorb waqt l-ikel, inkluż l-ilma, mhux inkluż fil-prezz. Konsum ta’ ikel u xorb mill-mini bar tal-kamra, telefonati u servizzi oħra mhux speċifikati bħala nklużi fil-prezz tal-Pellegrinaġġ huma r-responsabilità tal-pellegrini u jridu jitħallsu minnhom direttament lil-lukanda jew fornitur.
11. Il-prezz tal-Pellegrinaġġ jinkludi l-biljetti tad-dħul, fejn dan huwa mitlub, kif ukoll kull ħlas ieħor neċessarju waqt il-pellegrinaġġ. Jista’ jagħti l-każ li minħabba raġunijiet li ma jkunux taħt il-kontroll tal-Kummissarjat ma nkunux nistgħu nżuru postijiet avżati. Il-Kummissarjat mhux responsabbli jekk titħassar xi żjara minħabba raġunijiet ta’ maltemp, terremoti jew nuqqas ta’ sigurtà f’kwalunkwe pajjiż relatat mal-Pellegrinaġġ.
12. Il-ħinijiet tat-tluq u ritorn kif indikat fil-programm, jista’ jinbidel u dan skont il-linji tal-ajru, ħaġa li l-Kummissarjat m’għandhux kontroll fuqha. Il-Kummissarjat iżomm id-dritt li jista’ jbiddel l-itinerarji jew il-lukanda fejn ikun hemm bżonn.
13. Kull pellegrin huwa obbligat iżomm il-ħin u post indikat lilu mil-leader/gwida. F’każ li l-pellegrin ma jkunx fil-ħin, il-leader/gwida għandu d-dritt u l-obbligu li jitlaq. Kwalunkwe spejjeż ta’ trasport jew taxis iridu jitħallsu mill-persuna li ma żżommx il-ħin.
14. Mal-ħlas tad-depożitu, il-pellegrini jridu jipprovdu fotokopja tal-passaport tagħhom lill-Kummissarjat. Kull persuna hija responsabbli għall-kontenut tal-passaport tagħha. Importanti li qabel issiefru taraw li dan id-dokument huwa validu. Għal safar barra minn l-Unjoni Ewropeja, il-passaport ma jridx ikun jiskadi sa sitt xhur wara d-data tar-ritorn mill-Pellegrinaġġ. F’każ li persuna ma titħalliex issiefer minħabba f’hekk, il-Kummissarjat mhux responsabbli u ma jingħata ebda ħlas lura.
15. Il-prezz tal-Pellegrinaġġi kollha jinkludi assikurazzjoni tal-ivvjaġġar. Pellegrin jista’ jkollu assikurazzjoni tiegħu, f’dan il-każ jingħata refużjoni tal-premium. Jingħataw refużjoni tal-premium dawk il-pellegrini li jkunu ’il fuq minn 70 sena li ma humiex koperti mill-polza tal-assikurazzjoni li joffri l-Kummissarjat. Kull pellegrin jrid ikun assikurat.
16. Hi r-responsabbilità tal-pellegrin li jkollu E111 – Assikurazzjoni dwar is-Saħħa Ewropeja meta
jivvjaġġa fl-Unjoni Ewropeja.
17. Hi r-responsabbilità tal-pellegrin li javża l-Kummissarjat dwar ħtigijiet jew kundizzjoni medika li huma mportanti ħafna li jkunu magħrufa. Jekk dan ma jsirx, il-Kummissarjat ma jistax jiggarantixxi li l-pellegrin jingħata s-servizz u l-faċilitajiet li jkun jeħtieġ.
18. Kanċellazzjoni ta’ booking tintlaqa’ biss bil-miktub. F’każ ta’ kanċellament dawn li ġejjien huma l-penali li jridu jitħallsu:
Żmien, qabel id-data tat-tluq li fih tingħata n-notifika ta’ kanċellament | Penali |
---|---|
29 ġurnata qabel | Id-depożitu |
21 – 28 ġurnata | 50% tal-prezz tal-Pellegrinaġġ |
14 – 20 ġurnata | 75% tal-prezz tal-Pellegrinaġġ |
13-il ġurnata jew inqas | 100% tal-prezz tal-Pellegrinaġġ |
Jekk ir-raġuni tal-kanċellament taqa’ taħt it-termini tal-assikurazzjoni, il-pellegrin ikun jista’ jitlob rifużjoni tal-penali mingħand il-kumpanija tal-assikurazzjoni.
19. Għal dawk il-pellegrinaġġi fejn jintużaw linji tal-ajru Low Cost, il-prezz tal-biljett li jrid jitħallas mill-ewwel mal-booking mhux rifondibbli. Staqsu dwar dan il-ħlas fil-mument li jsir il-booking. Din il-penali ma tistax ma titħallasx, minkejja dak li jingħad fin-numru 18 hawn fuq.