Commissariat of the Holy Land (Malta) / Kummissarjat tal-Art Imqaddsa

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa

Commissariat of the Holy Land (Malta)

Personaġġi Bibbliċi

Kors Organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, Malta

Kelliem: Mons. Lawrenz Sciberras

Post: Sala Terra Sancta, Nru 7, Triq Santa Luċija, Valletta
Dati:

  • Jannar: 19, Abraham – 26, Iżakk u Ġakobb
  • Frar: 2, Ġużeppi – 9, Mosè: l-Eġittu – 16, Mosè: mixja fid-deżert u għeġubijiet – 23, is-Sultan Sawl
  • Marzu: 2, David: ragħaj u dilka – 9, David sultan: tempju, dnub – 16, Salamun –23, Rehobogħam u Ġerobogħam

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-Kors trid tasal mhux aktar tard mit-13 ta’ Jannar 2023.
Jiġu kkunsidrati l-ewwel 50 applikazzjoni
Il-ħlas għall-kors kollu huwa: 15.00 kull persuna

Nota dwar il-Kelliem

Mons Lawrenz Sciberras M.A. (Rome). S.S. Lic., S.Th.L.,K.H.S. Capp.S.S. twieled Ta’ Sannat nhar il-25 ta’ Marzu 1947. Ħa l-ewwel edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola ta’ l-stess raħal, u kompla fil-Liċeo, u fis-Seminarju Maġġuri fejn fis-sena 1973 l-Isqof Nikol G. Cauchi ordnah saċerdot. Wara l-ordinazzjoni huwa mar Ġerusalemm fl-Istudium Biblicum Franciscanum, speċjalizza fit-Teoloġija u Arkeoloġija Bibblika, kif ukoll fil-lingwi Semitiċi, l-Lhudi, l-Għarbi u l-Grieg Bibbliku. Wara kompla Ruma fejn fil-Pontificium Institutum Bibblicum speċjalizza fl-Iskrittura u fl-Università Angelicum fil-Teoloġija pastorali.

Lura Għawdex, fis-sena 1978 Mons Isqof Cauchi ħatru s-segretarju personali tiegħu. Afdalu zewġt segretarjati fil-kurja; tal-ekumeniżmu u tal-pastorali sanitarja. Għallem ukoll fl-iskola minuri sekondarja tal-Qalb ta’ Ġesù, u fil-Konservatorju ta’ l-Isqof. Huwa għallem l-Għarbi, il-Ġografija, r-Reliġjon u Ġermaniz.

Minn barra l-artikli li kiteb ppublika wkoll kotba dwar l-Iskrittura Mqaddsa. Huwa wkoll Monsinjur tal-kapitlu katidrali ta’ Għawdex. Monsinjur Sciberras huwa wkoll membru tal-Għaqda Kittieba tal-Malti, kif ukoll kavallier tas-Santu Sepulkru.

Inkiteb issa