Commissariat of the Holy Land (Malta) / Kummissarjat tal-Art Imqaddsa

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa

Commissariat of the Holy Land (Malta)

Pilgrimages suspended

Due to instability in the region pilgrimages to the Holy Land, Gordan, Syria and Lebanon have been suspended.

Below you can see typical itineraries that are offered in the regions:

Dati

  • N/A

Programm

L-Ewwel Jum:

Niltaqgħu l-airport* minn fejn nitilqu għal Tel Aviv.

It-Tieni Jum:

Breakfast. Żjara fil-Bażilika tal-Madonna. Quddiesa, inżuru d-dar ta’ San Ġużepp f’Nazaret. Żjara lill-Mużew Arkeoloġiku tal-Franġiskani. Pranzu. Tluq lejn il-Muntanja Tabor fejn nikkontemplaw it-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù – Mument ta’ talb. Nitilqu lejn il-Karmelu biex inżuru is-Santwarju ta’ Stella Maris. Wara lura lejn Nazaret. Ċena.

It-Tielet Jum:

Breakfast. Tluq għal Kafarnahum. Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru u żjara f’Kafarnahum, il-belt ta’ Ġesù. Nitilgħu fuq l-Għolja tal-Bejatitudnijiet u nżuru is-Santwarju. Inżuru Tabgha: is-Santwarju tat-Tkattir tal-Ħobż, Santwarju tal-Primat ta’ San Pietru u naqsmu l-Baħar tal-Galilija. Pranzu. Inżuru Magdala. Żjara lis-Santwarju ta’ Kana fil-Galilja. Tiġdid tal-Wegħdiet taż-Żwieġ. Lura lejn Nazaret u Ċena.

Ir-Raba’ Jum:

Breakfast. Nitilqu lejn il-fruntiera tat-Tramuntana, naqsmu l-fruntiera u nidħlu fil-Ġordanja. Inżuru Jerash belt Rumana tad-Decapoli. Pranzu. Nibdew triqtna lejn Petra. Fi triqtna nżuru l-Għolja Nebo fejn ikollna quddiesa. Ngħaddu mid-deżert ta’ Wadi Mousa qabel ma ninżlu Petra. Ċena.

Il-Ħames Jum:

Breakfast. Nidħlu fil-belt Nabateja ta’ Petra. Inżuru l-monumenti prinċipali tal-belt; it-Teżor tal-Faragħun Khazneh Far’on, bini mnaqqax mill-blat kulur roża, l-oqbra Korinzi eċċ. Petra ġiet deskritta minn John William Burgon, Biblista tad-dsatax-il seklu bħala, “A rosered city half as old as Time.” Pranzu. Nitilqu lejn Amman. Fi triqitna nżuru Madaba, il-belt prinċipali fin-nofsinhar tal-Ġordanja, inżuru l-Knisja ta’ San Ġorġ fejn naraw l-eqdem mappa tal-Art Imqaddsa maħduma bil-mużajk. Naslu Amman. Ċena.

Is-Sitt Jum:

Breakfast. Nitilqu lejn il-fruntiera, inżuru s-sit tal-Magħmudija fil-Wadi al Kharar. Tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija. Naqsmu l-fruntiera lejn Israel mill-pont ta’ Allenby. Pranzu. Inżuru Ġeriko u l-Muntanja tal-Kwarantena. Quddiesa fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb Lejn il-lukanda f’Ġeriko. Ċena.

Is-Seba’ Jum:

Breakfast. Tluq minn Ġeriko. Inżuru l-fortizza ta’ Masada. Lejn Qumran u l-Baħar il-Mejjet. Waqfa għal għawma. Pranzu. Nitilgħu lejn Ġerusalemm. Naqsmu d-Deżert ta’ Ġuda. Quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja, ir-raħal ta’ Lazzru, Marta u Marija. Lejn il-lukanda f’Betleħem. Ċena.

It-Tmien Jum:

Breakfast. Niċċelebraw il-quddiesa tal-Milied f’Betleħem. Żjara fil-Bażilika tan-Natività u lis-Santwarju tal-Grotta tal-Ħalib. Pranzu. Żjara lis-Santwarju tar-Ragħajja. Tluq għal Għajn Karem. Żjara fis-Santwarju tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista u fis-Santwarju tal-Viżitazzjoni. Lura lejn il-lukanda f’Betleħem. Ċena.

Id-Disa’ Jum:

Breakfast. Tluq għas-Santwarju ta’ Betfaġe. Nitilgħu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, inżuru l-Axxensjoni, Pater Noster, Dominus Flevit u l-Bażilika tal-Ġetsemani. Wara żjara fil-Grotta tal-Appostli u l-Qabar tal-Madonna. Pranzu. Żjara liċ-Ċenaklu fuq il-Għolja Sijon, Santwarju tad-Dormizzjoni tal-Madonna. Quddiesa fiċ-Ċenakolino. Inżuru l-Kwartier Lhudi u il-Ħajt tal-Bikkejja. Ċena. Filgħaxija

Ora Santa fil-Bażilika tal-Ġetsemani. Lura lejn il-lukanda f’Ġerusalemm.

L-Għaxar Jum:

Breakfast. Żjara fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu u ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Għid. Inżuru is-Santwarju ta’ Sant’Anna, Santwarju tal-Flaġellazzjoni u l-Kundanna. Issir il-Via Dolorosa. Pranzu. Wara nofsinhar free time. Ċena fil-lukanda f’Ġerusalemm.

L-Aħħar Jum:

Tluq minn Tel Aviv għal Malta*

* Dettalji tal-ħinijiet jingħataw waqt il-laqgħa li ssir qabel it-tluq.

Il-Pellegrinaġġ *

Prezz: €2,320

Single Supplement: €420

Il-prezz jinkludi fih kollox:

  • Il-pellegrinaġġ full-board
  • L-insurance
  • It-tips
  • It-trasport, b’coach dejjem magħna
  • Border tax
  • Il-badge
  • Il-ktieb tat-talb għall-Pellegrinaġġ
  • u fuq kollox Patri Franġiskan Malti li għex fl-Art Imqaddsa li jmexxi l-Pellegrinaġġ bħala Gwida u bħala Animatur Spiritwali.

* Termini u kundizzjonijiet japplikaw

Dati

  • N/A

Programm

L-Ewwel Jum:

Niltaqgħu l-airport* minn fejn nitilqu għal Tel Aviv.

It-Tieni Jum:

Breakfast. Żjara fil-Bażilika tal-Madonna. Quddiesa, inżuru d-dar ta’ San Ġużepp f’Nazaret. Żjara lill-Mużew Arkeoloġiku tal-Franġiskani. Pranzu. Tluq lejn il-Muntanja Tabor fejn nikkontemplaw it-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù – Mument ta’ talb. Nitilqu lejn il-Karmelu biex inżuru s-Santwarju ta’ Stella Maris. Wara lura lejn Nazaret. Ċena.

It-Tielet Jum:

Breakfast. Tluq għal Kafarnahum. Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru u żjara f’Kafarnahum, il-belt ta’ Ġesù. Nitilgħu fuq l-Għolja tal-Bejatitudnijiet u nżuru is-Santwarju. Inżuru Tabgha: is-Santwarju tat-Tkattir tal-Ħobż, Santwarju tal-Primat ta’ San Pietru u naqsmu l-Baħar tal-Galilija. Pranzu. Inżuru Magdala. Żjara lis-Santwarju ta’ Kana fil-Galilja. Tiġdid tal-Wegħdiet taż-Żwieġ. Lura lejn Nazaret u Ċena.

Ir-Raba’ Jum:

Breakfast. Tluq minn Nazaret, ngħaddu mill-Wied tal-Ġordan. Immorru Qasr el Yahud. Tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija. Inżuru l-Muntanja tal-Kwarantena, il-belt ta’ Ġeriko, Qumran u l-Baħar il-Mejjet. Waqfa għal għawma. Pranzu. Nitilgħu lejn Ġerusalemm. Naqsmu d-Deżert ta’ Ġuda. Quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja, ir-raħal ta’ Lazzru, Marta u Marija. Lejn il-lukanda f’Betleħem. Ċena.

L-Ħames Jum:

Breakfast. Niċċelebraw il-quddiesa tal-Milied f’Betleħem. Żjara fil-Bażilika tan-Natività u lis-Santwarju tal-Grotta tal-Ħalib. Pranzu f’Betleħem. Żjara lis-Santwarju tar-Ragħajja. Tluq għal Għajn Karem. Żjara fis-Santwarju tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista u fis-Santwarju tal-Viżitazzjoni. Lejn il-lukanda f’Betleħem. Ċena.

Is-Sitt Jum:

Breakfast. Tluq għas-Santwarju ta’ Betfaġe. Nitilgħu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, inżuru l-Axxensjoni, Pater Noster, Dominus Flevit u l-Bażilika tal-Ġetsemani. Wara żjara fil-Grotta tal-Appostli u l-Qabar tal-Madonna. Pranzu. Żjara liċ-Ċenaklu fuq il-Għolja Sijon, Santwarju tad-Dormizzjoni tal-Madonna. Quddiesa fiċ-Ċenakolino. Kwartier Armen, Ċittadella u Bieb ta’ Ġaffa. Ċena. Filgħaxija Ora Santa fil-Bażilika tal-Ġetsemani. Lura lejn il-lukanda f’Ġerusalemm.

Is-Seba’ Jum:

Breakfast. Żjara fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu u ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Għid. Kwartier Lhudi u l-Ħajt tal-Bikkejja, Santwarju ta’ Sant’Anna, Santwarju tal-Flaġellazzjoni u l-Kundanna. Pranzu. Wara nofsinhar free time. Ċena fil-lukanda f’Ġerusalemm.

L-Aħħar Jum:

Tluq minn Tel Aviv għal Malta*

* Dettalji tal-ħinijiet jingħataw waqt il-laqgħa li ssir qabel it-tluq.

IL-PELLEGRINAĠĠ *

Prezz: €1,600

Single Supplement: €260

Il-prezz jinkludi fih kollox:

  • Il-pellegrinaġġ full-board
  • L-insurance
  • It-tips
  • It-trasport, b’coach dejjem magħna
  • Border tax
  • Il-badge
  • Il-ktieb tat-talb għall-Pellegrinaġġ
  • u fuq kollox Patri Franġiskan Malti li għex fl-Art Imqaddsa li jmexxi l-Pellegrinaġġ bħala Gwida u bħala Animatur Spiritwali.

* Termini u kundizzjonijiet japplikaw

Dati

  • N/A

Programm

L-Ewwel Jum

Niltaqgħu l-airport* minn fejn nitilqu għal Tel Aviv. Minn hawn nitilqu lejn Nazaret.

It-Tieni Jum:

Breakfast. Żjara fil-Bażilika tal-Madonna. Quddiesa, Inżuru d-dar ta’ San Ġużepp f’Nazaret. Żjara lill-Mużew Arkejoloġiku tal-Franġiskani. Ikel. Tluq lejn il-Muntanja Tabor fejn nikkontemplaw it-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù – Mument ta’ talb. Tluq lejn il-Karmelu wara lura lejn Nazaret. Ċena.

It-Tielet Jum:

Breakfast. Tluq għal Kafarnahum. Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru u żjara f’Kafarnahum, il-belt ta’ Ġesù. Nitilgħu fuq l-Għolja tal-Bejatitudnijiet u nżuru is-Santwarju. Inżuru Tabgha: is-Santwarju tat-Tkattir tal-Ħobż, Santwarju tal-Primat ta’ San Pietru u naqsmu l-Baħar tal-Galilija. Pranzu. Inżuru Magdala. Żjara lis-Santwarju ta’ Kana fil-Galilja. Tiġdid tal-Wegħdiet taż-Żwieġ. Lura lejn Nazaret u Ċena.

Ir-Raba’ Jum:

Breakfast. Tluq minn Nazaret, ngħaddu mill-Wied tal-Ġordan. Immorru Qasr el Yahud. Tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija. Inżuru l-Muntanja tal-Kwarantena, il-belt ta’ Ġeriko, Qumran u l-Baħar il-Mejjet. Waqfa għal għawma. Pranzu. Nitilgħu lejn Ġerusalemm. Naqsmu d-Deżert ta’ Ġuda. Quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja, ir-raħal Lazzru, Marta u Marija. Lejn il-lukanda f’Betleħem. Ċena.

Il-Ħames Jum:

Breakfast. Niċċelebraw il-quddiesa tal-Milied f’Betleħem. Żjara fil-Bażilika tan-Natività u lis-Santwarju tal-Grotta tal-Ħalib. Żjara lis-Santwarju tar-Ragħajja. Tluq għal Għajn Karem. Żjara fis-Santwarju tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista u fis-Santwarju tal-Viżitazzjoni. Ikel. Nitilgħu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, inzuru l-Axxensjoni, Pater Noster, Dominus Flevit u l-Bażilika tal-Ġetsemani. Wara żjara fil-Grotta tal-Appostli u l-Qabar tal-Madonna. Lura lejn il-lukanda. Ċena.

Is-Sitt Jum:

Breakfast. Quddiesa ġewwa Betfaġe. Tluq lejn il-Baħar l-Aħmar, Eilat. Ikel. Naqsmu l-fruntiera għas-Sinaj u tluq lejn Santa Katerina. Ċena.

Is-Seba’ Jum:

Filgħodu kmieni ħafna, minn jixtieq, mal-gwida tal-post, titilgħu fuq il-muntanja Sinaj u taraw tlugħ ix-xemx. Wara tinżlu u nżuru l-monasteru ta’ Santa Katerina flimkien. Ikel u tluq lejn Eilat. Ċena.

It-Tmien Jum:

Breakfast. Inżuru Mażada u inkomplu lejn Ġerusalemm. Ikel. L-Għolja ta’ Sijon, quddiesa fiċ-Ċenakolino. Żjara tal-Kwartier Lhudi fejn naraw il-ħajt tal-punent. Lejn il-Lukanda ġewwa Ġerusalemm. Ċena.

Id-Disa’ Jum:

Breakfast. Żjara fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu u Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Għid. Santwarju ta’ Sant’Anna, Santwarju tal-Flaġellazzjoni u l-Kundanna. Ikel. Wara ħin liberu. Ċena fil-Lukanda. Filgħaxija Ora Santa fil-Bażilka tal-Ġetsemani. Lura lejn il-Lukanda ġewwa Ġerusalemm.

L-Għaxar Jum:

Breakfast. Żjara f’Għemmaws el Qubeibeh, fejn ikollna Quddiesa. Ikel. Purċissjoni mal-Franġiskani fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu – Meditazzjoni fuq il-Passjoni, Mewt u Qawmien tal-Mulej. Ċena fil-lukanda Ġerusalemm.

L-Aħħar Jum:

Tluq minn Tel Aviv għal Malta*

* Dettalji tal-ħinijiet jingħataw waqt il-laqgħa li ssir qabel it-tluq.

Il-Pellegrinaġġ

Prezz: €2,320

Single Supplement: €420

Il-prezz jinkludi fih kollox:

  • Il-pellegrinaġġ full-board
  • L-insurance
  • It-tips
  • It-trasport, b’coach dejjem magħna
  • Border tax
  • Il-badge
  • Il-ktieb tat-talb għall-Pellegrinaġġ
  • u fuq kollox Patri Franġiskan Malti li għex fl-Art Imqaddsa li jmexxi l-Pellegrinaġġ bħala Gwida u bħala Animatur Spiritwali.

* Termini u kundizzjonijiet japplikaw

Infurmana bl-interess tiegħek li tiġi għal wieħed mill-Pellegrinaġġi li joffri l-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa. Inweġbuk mill-aktar fis possibbli.

    Il-Pellegrinaġġ li tixtieq

    Kundizzjonijiet

    1. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa jaċċetta li jagħmel reservation fuq sempliċi notifika permezz tat-telefon, email jew kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni oħra. Din ir-reservation issir booking meta jitħallas id-depożitu. Għall-Pellegrinaġġi għall-Art Imqaddsa d-depożitu huwa ta’ €500 (ħames mitt Ewro), għall-Pellegrinaġġi l-oħra, id-depożitu huwa ta’ €350 (Tliet mija u ħamsin Ewro).

    2. Id-depożitu jrid jitħallas sa mhux aktar tard minn 6 ġimgħat qabel id-data tat-tluq. Fil-każ li jkun hemm domanda qawwija għall-postijiet, il-Kummissarjat jirriżerva d-dritt li jitlob il-ħlas tad-depożitu qabel is-6 ġimgħat. Il-bilanċ irid jitħallas sa mhux aktar tard minn 4 ġimgħat mid-data tat-tluq. Il-ħlasijiet jistgħu jsiru permezz ta’ ċekk personali, ċekk bankarju jew permezz ta’ trasferiment permezz tal-internet.

    3. Il-prezzijiet f’dan il-brochure huma validi fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Fl-eventwalità li l-prezzijiet tal-fornituri tagħna jiżdiedu, il-Kummissarjat jirriżerva d-dritt li jgħaddi dawn iż-żidiet lill-pellegrini.

    Iż-żidiet jistgħu ikunu minħabba:
    1. Ċaqliq fil-kambju
    2. Żieda fit-taxxi – kemm f’Malta jew barra minn Malta
    3. Fuel surcharge tal-ajruplani

    4. Il-Kummissarjat iżomm id-dritt li jikkanċella l-Pellegrinaġġ f’każ li n-numru ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx. Dan isir sa ġimagħtejn qabel id-data tat-tluq. Kull ħlas li jkun sar jingħata lura.

    5. Il-prezzijiet tal-Pellegrinaġġi huma maħduma fuq bażi ta’ tnejn minn nies f’kamra doppja. Ikun hemm numru limitat ta’ kmamar single, għal dawn irid jitħallas supplement kif indikat fil-programm tal-Pellegrinaġġ partikolari. Jekk ikollna talba għal tlieta f’kamra din tingħata mingħajr skont fil-prezz.

    6. Pellegrini jistaqsu biex il-kmamar ikunu ħdejn xulxin. F’dan il-każ il-Kummissarjat jagħmel it-talba lill-maniġment tal-lukanda f’dan ir-rigward, iżda mhux dejjem ikun possibli li jsir dan. Din hi xi ħaġa li l-Kummissarjat m’għandu l-ebda kontrol fuqha.

    7. Tfal taħt it-12-il sena jridu bilfors ikunu akkumpanjati minn żewġ adulti f’kamra biex iħallsu prezz ta’ tfal. Jekk it-tfal ikunu ma’ persuna adulta waħda biss, ikollhom iħallsu l-prezz tal-kbar.

    8. Il-Kummissarjat mhux responsabbli għall-ebda danni ta’ trasport żejjed, ikel jew spejjeż tal-lukanda, f’każ ta’strajks jew kwalunkwe kawżi oħra, li l-Kummissarjat ma jkollux kontroll fuqhom.

    9. F’każ li pellegrinaġġ jitwal aktar milli programmat, u dan minħabba raġunijiet diversi li l-Kummissarjat ma jkollux kontroll fuqhom, jew f’każ li l-ħinijiet jiġu mibdulin, l-ebda forma ta’ kumpens mhi applikabbli.

    10. Jekk mhux indikat mod ieħor, l-akkomodazzjoni hi fuq bażi full board. Xorb waqt l-ikel, inkluż l-ilma, mhux inkluż fil-prezz. Konsum ta’ ikel u xorb mill-mini bar tal-kamra, telefonati u servizzi oħra mhux speċifikati bħala nklużi fil-prezz tal-Pellegrinaġġ huma r-responsabilità tal-pellegrini u jridu jitħallsu minnhom direttament lil-lukanda jew fornitur.

    11. Il-prezz tal-Pellegrinaġġ jinkludi l-biljetti tad-dħul, fejn dan huwa mitlub, kif ukoll kull ħlas ieħor neċessarju waqt il-pellegrinaġġ. Jista’ jagħti l-każ li minħabba raġunijiet li ma jkunux taħt il-kontroll tal-Kummissarjat ma nkunux nistgħu nżuru postijiet avżati. Il-Kummissarjat mhux responsabbli jekk titħassar xi żjara minħabba raġunijiet ta’ maltemp, terremoti jew nuqqas ta’ sigurtà f’kwalunkwe pajjiż relatat mal-Pellegrinaġġ.

    12. Il-ħinijiet tat-tluq u ritorn kif indikat fil-programm, jista’ jinbidel u dan skont il-linji tal-ajru, ħaġa li l-Kummissarjat m’għandhux kontroll fuqha. Il-Kummissarjat iżomm id-dritt li jista’ jbiddel l-itinerarji jew il-lukanda fejn ikun hemm bżonn.

    13. Kull pellegrin huwa obbligat iżomm il-ħin u post indikat lilu mil-leader/gwida. F’każ li l-pellegrin ma jkunx fil-ħin, il-leader/gwida għandu d-dritt u l-obbligu li jitlaq. Kwalunkwe spejjeż ta’ trasport jew taxis iridu jitħallsu mill-persuna li ma żżommx il-ħin.

    14. Mal-ħlas tad-depożitu, il-pellegrini jridu jipprovdu fotokopja tal-passaport tagħhom lill-Kummissarjat. Kull persuna hija responsabbli għall-kontenut tal-passaport tagħha. Importanti li qabel issiefru taraw li dan id-dokument huwa validu. Għal safar barra minn l-Unjoni Ewropeja, il-passaport ma jridx ikun jiskadi sa sitt xhur wara d-data tar-ritorn mill-Pellegrinaġġ. F’każ li persuna ma titħalliex issiefer minħabba f’hekk, il-Kummissarjat mhux responsabbli u ma jingħata ebda ħlas lura.

    15. Il-prezz tal-Pellegrinaġġi kollha jinkludi assikurazzjoni tal-ivvjaġġar. Pellegrin jista’ jkollu assikurazzjoni tiegħu, f’dan il-każ jingħata refużjoni tal-premium. Jingħataw refużjoni tal-premium dawk il-pellegrini li jkunu ’il fuq minn 70 sena li ma humiex koperti mill-polza tal-assikurazzjoni li joffri l-Kummissarjat. Kull pellegrin jrid ikun assikurat.

    16. Hi r-responsabbilità tal-pellegrin li jkollu E111 – Assikurazzjoni dwar is-Saħħa Ewropeja meta

    jivvjaġġa fl-Unjoni Ewropeja.

    17. Hi r-responsabbilità tal-pellegrin li javża l-Kummissarjat dwar ħtigijiet jew kundizzjoni medika li huma mportanti ħafna li jkunu magħrufa. Jekk dan ma jsirx, il-Kummissarjat ma jistax jiggarantixxi li l-pellegrin jingħata s-servizz u l-faċilitajiet li jkun jeħtieġ.

    18. Kanċellazzjoni ta’ booking tintlaqa’ biss bil-miktub. F’każ ta’ kanċellament dawn li ġejjien huma l-penali li jridu jitħallsu:

    Żmien, qabel id-data tat-tluq li fih tingħata n-notifika ta’ kanċellamentPenali
    29 ġurnata qabelId-depożitu
    21 – 28 ġurnata50% tal-prezz tal-Pellegrinaġġ
    14 – 20 ġurnata75% tal-prezz tal-Pellegrinaġġ
    13-il ġurnata jew inqas100% tal-prezz tal-Pellegrinaġġ

    Jekk ir-raġuni tal-kanċellament taqa’ taħt it-termini tal-assikurazzjoni, il-pellegrin ikun jista’ jitlob rifużjoni tal-penali mingħand il-kumpanija tal-assikurazzjoni.

    19. Għal dawk il-pellegrinaġġi fejn jintużaw linji tal-ajru Low Cost, il-prezz tal-biljett li jrid jitħallas mill-ewwel mal-booking mhux rifondibbli. Staqsu dwar dan il-ħlas fil-mument li jsir il-booking. Din il-penali ma tistax ma titħallasx, minkejja dak li jingħad fin-numru 18 hawn fuq.

    Niżżel il-brochure