B. Carlo Acutis: Festa Żgħażagħ

Fl-okkażżjoni tal-wasla tar-relikwa tal-Beatu Carlo Acutis f’Malta, is-Sibt 27 ta’ Novembru ż-żgħażagħ mill-Kunventi tagħna Ħamrun, Sliema u Rabat, ħbieb u żgħażagħ ta’ gruppi oħra ċċelebraw b’mod żgħażagħ lil dan il-Beatu.

Kien mument fejn rajna iktar mill-qrib il-ħajja qaddisa tiegħu, talbna u wara ġie orġaniżżat disco fejn iż-żgħażagħ żifnu mal-mużika li togħġob lilhom. Kien mument fejn imdawrin u msaħħin bil-valuri ta’ qaddis żagħżugħ ta’ żmienna, fraħna flimkien u ċċelebrajna s-sbuħija taż-żogħżija.

Din l-attività kienet imtella’ mill-Vokazzjonijiet Franġiskani u mill-grupp GIFRA Ħamrun.

Top