Jibdew il-Postulandat

Il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù r-Rabat, Darren Abela, Christopher Bilocca u Andrea Cassar bdew il-mixja tagħhom fi ħdan il-Provinċja Franġiskana bħala Postulanti.

Dan sar permezz taċ-ċelebrazzjoni tat-talba ta’ filgħaxija (l-Għasar) bir-rit tal-Bidu tal-Postulandat Franġiskan fejn it-tliet żgħażagħ ingħataw it-tau, waqt li talbu lil Provinċjal u il-fraternità li ngħixu magħhom ha naraw flimkien jekk il-vokazzjoni tagħhom hiex li jimxu wara l-Mulej Ġesù fil- familja Franġiskana. Huma talbu biex bħala fraternità jgħallmuhom jitolbu u jikkonvertu tassew, u jkunu edukati kif jgħixu fil-fraternità bil-paċenzja u bil-ferħ.

Iċ-ċerimonja kienet mmexxija mill-Ministru Provincjal Fr. Twanny Chircop OFM, flimkien mal-gwardjan P. Martin Coliero u l-Mastru P. Clive Camilleri.

Kien hemm preżenti bosta patrijiet, l-ġenituri tal-Postulanti l-ġodda flimkien mal-qarba. Kif ukoll il-grupp Franġiskan GIFRA tal-Ħamrun.

Nawguraw u nitolbu għal dawn iż-żgħażagħ.

Top