Jiċċelebra 50 sena tas-saċerdozju

P. Raymond Camilleri, li attwalment jinsab għal btala f’Malta, iċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr fl-okkażjoni ta’ għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu (18 ta’ Lulju 1971).

Il-Quddiesa saret fil-Knisja tagħna ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, u kienu preżenti għaliha l-Provinċjal, numru sabiħ ta’ patrijiet u xi qraba u benefatturi ta’ P. Raymond. L-Omelija saret minn P. Noel Muscat u l-Gwardjan P. Anton Farrugia ħa ħsieb l-organizzazzjoni taċ-ċelebrazzjoni sempliċi imma dinjituża.

Din is-sena wkoll P. Stephen Sciberras u P. Mark Ciantar għalqu 25 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali. It-tnejn ippreferew ma jagħmlu l-ebda ċelebrazzjoni partikulari. Nifirħulhom u nitolbu għalihom xorta waħda.

Top