Fl-14 taʼ Mejju 2024 il-Papa Franġisku ħatar lil Patri Angelo Falzon O.F.M.,
missjunarju Franġiskan fil-Ħonduras, bħala Isqof tad-djoċesi taʼ Comayagua
(Ħonduras). P. Angelo twieled in-Naxxar fil-15 taʼ Ottubru 1957 u daħal
Franġiskan fit-2 taʼ Ottubru 1977 fil-Provinċja taʼ S. Pawl Appostlu tal-Patrijiet
Minuri. Fl-10 taʼ Ottubru 1982 għamel il-Professjoni solenni u fid-29 taʼ Ġunju
1984 ġie ordnat saċerdot. Fl-1985 telaq bħala missjunarju lejn il-Ħonduras, fejn
ingħaqad mal-patrijiet Franġiskani Maltin li jaħdmu fil-missjoni tal-Provinċja
tal-Immaculate Conception taʼ New York. P. Angelo kien l-ewwel vigarju
parrokkjali fʼSanta Anna (La Libertad) u mbagħad kappillan tal-parroċċa tal-
Inmaculada Concepción taʼ Aguanqueterique (La Paz). P. Angelo issa hu Isqof
tad-djoċesi taʼ Comayagua, u suċċessur taʼ Mons. Roberto Camilleri OFM, li
miet fis-17 taʼ Ottubru 2023.
2 Replies to “P. ANGELO FALZON O.F.M. MAĦTUR ISQOF”
Comments are closed.
Angelo was one of my best friends for 3 years back in form 3, 4, and 5 at Stella Maris College. Since then I have never seen him. I feel so happy that after so many years I saw him again at least here in this post. I would be very happy to make contact with him and send him a photo of him, me and Michael Grech digging soil of the gardens at Stella Maris College.
Regards
Dr. Alfred Grech M.D. P.G.P
79680840
Nitolbu hafna ghalih u nawgurawlu. Sahhiet Paci u Gid