Seminar residenzjali għall-Gwardjani

Bejn is-27 u d-29 ta’ Ottubru l-Gwardjani ltaqgħu fil-kunvent ta’ Għawdex għas-seminar residenzjali annwali flimkien mal-Ministru Provinċjal u ma’ P. Noel Muscat, Moderatur tal-Formazzjoni Permanenti.

Matul dawn il-jumejn huma studjaw flimkien id-dokument finali tal-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Franġiskan li sar f’Lulju 2021, u raw liema huma dawk il-punti li jmissu mill-qrib il-futur tal-Provinċja u tal-kunventi tagħna. L-iskop kien li joħorġu idejiet u proposti għal konsultazzjoni aktar wiesgħa fost il-patrijiet, in vista għall-Kapitlu tal-Provinċja li se jiġi iċċelebrat fl-2023, bħala tweġiba għal dak li l-Ministru Ġeneral u l-Viżitatur Ġenerali kienu qalulna fil-messaġġi u r-rapport tagħhom lill-Provinċja, fejn stiednu li jiġi eżaminat bir-reqqa l-futur tal-Provinċja u modi ġodda ta’ preżenza u evanġelizzazzjoni, kif ukoll ta’ appartenenza għall-Ordni. Matul dawn il-jumejn il-Gwardjani ġew milqugħin mill-Gwardjan u l-fraternità tal-kunvent ta’ Għawdex, li jipprovdi ambjent idejali għar-riflessjoni u t-talb.

Il-Gwardjani temmew din il-laqgha billi marru jitolbu r-Ruzarju fis-Santwarju Ta’ Pinu.

Top