Lura Malta …

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Awwissu n-novizzi Christopher Bilocca, Andrè Bonaci u Darren Abela irritornaw Malta wara s-sena tan-novizzjat ġewwa San Damjan, Assisi. Huma għażlu li jkomplu l-mixja tagħhom u ser jikkonsagraw lilhom infushom lil Alla għall-ewwel darba nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru ġewwa l-parroċċa ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja, L-Ibraġ. Jalla l-Mulej jikteb paġni sbieħ fil-ħajja tagħhom u tagħna l-patrijiet.

Nistednukom sabiex tingħaqdu magħna għall-

  • Velja ta’ talb nar il-Ġimgħa 1 ta’ Settembru fis-6:45pm fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù r-Rabat
  • L-Ewwel Professjoni Temporanja nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru fil-parroċċa ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja, L-Ibraġ, fis-6:30pm
Top